Il-Mentalita' Taghna


Din il-mentalita' hija parti kbira mill-hajja taghna, il-kultura taghna, il-passjoni taghna!
L-Arma tal-Klabb taghna ggibilna mumenti indiskrivibbli tul it-triq tal-passjoni taghna lejha. Emozzjonijiet li ftit li xejn tesperjenzahom fil-hajja ta' kuljum,
hajja li s-socjeta' tal-lum gabitna nghixu f'rutina kkontrollata minn min ghandu l-poter u s-sahha ekonomika.

Il-lealta' lejn il-Klabb li jirrapprezenta r-Rahal u l-Poplu Karkariz iggib sodisfazzjon, ferh u xi drabi anke dwejjaq, izda kburin li nkunu dejjem wara t-tim, fit tajjeb u fil hazin. Dan ahna nibqghu naghmluh sa ma niehdu l-ahhar nifs ta' hajjitna.

L-Arma hija xi haga li ma tista tichad qatt, dik hija xi haga totalment permanenti ghalina. Tista tibdel il-mara, tista tibdel il-politika tieghek, tista anka tbiddel ir-religjon, izda il-klabb tieghek ma tbidlu QATT!

L-arma ta' Birkirkara dejjem tberren f'mohhna, dejjem nistinkaw u nahdmu katina flimkien biex dejjem nkunu l-aqwa u l-ahjar support ghax l-Arma taghna hekk biss jixirqilha. L-imhabba li hemm lejn isem Birkirkara tigri f'demna hija estrema. Din il-mentalita' tibqa hemm tghix u tissahhah min generazzjoni ghall-ohra.

Kburin li Karkarizi, Kburin li ahna ULTRAS!

BIRKIRKARA ULTRAS

Birkirkara Ultras 97, il-grupp li huwa wkoll imlaqqam bhala BU97, twaqqaf fil-25 ta' Frar 1997. Dak iz-zmien kien hemm grupp ta' karkarizi akkaniti li riedu jintroducu mentalita' gdida f'pajjiza u kif ukoll ghall-klabb ta' Birkirkara. L-ewwel loghoba li fiha BU97 kienu prezenti kienet dik kontra Valletta FC. It-tir ta' dan il-grupp min dejjem kien li jaghti sapport kontinwu waqt il-loghob kollu, jigri x'jigri, ikun xi jkun ir-rizultat.

1997

Min sena ghall-ohra BU97 baqa jikber, bdew jithlu ucuh godda f'din il-familja u il-gurnata tal-lum il-klabb gie jiddependi totalment fuqu fil-qasam fejn jithol sapport u armar tal-grawnd. Il-membri tal-grupp jahdmu tul l-istagun kollu min loghoba ghall-ohra. Kulhadd jiddedika il-hin personali tieghu biex isiru preparamenti, armar gdid, pjanijiet ta' korjografiji kif ukoll tiswijiet li jkun hemm bzonn. Il-grupp jiffinanzja ruhu bil-bejh ta' materjal tal-grupp innifsu kif ukoll gbir ta' flus min ghand il-membri. Il-grupp jaghti wkoll donazzjonijiet lil klabb biex jghinu fil-finanzi.

BU97 jilqa lil kulhadd, aktar ma jizdiedu nies f'din il-familja aktar tissahah il-vuci u b'hekk aktar titqawwa u tisbieh l-atmosfera!


bu97

Ir-relazzjoni mal-Klabb


Il-grupp huwa indipendenti u b'hekk m'hemm l-ebda rabta ufficjali mal-klabb.

Kontra l-Futbol Modern


Ahna kontra l-futbol Malti li jintwera fuq it-televizjoni, kontra l-Online Betting kif ukoll kontra plejers li ma jilghabux ghall-flokk izda jgibu l-ewwel il-flus biss.

Din il-loghoba tal-futbol ghaqqdet hafna nies madwar id-dinja u nemnu li irid jinzam nadif kif hallewh ta' qabilna.

Politika


BU97 mhux affiljati ma l-ebda grupp politiku, religjon jew razzjali.

Jigi Min Irid, Qalb Tal-Hadid!

MERCHANDISE


LINKS


Ilbierah, Illum, Ghada, Ahna Dejjem Warajkom...