Ghalik Buzu!
| To discuss this article Click here |
| Ghat tieni darba tul dan l- istagun il- "Buzu" rega' ghaffeg daqs xejn il- fatti. Niftakar fl-ewwel loghba kontra l-Belt, konna ghamilna banner u ktibna "Sempre Con Voi". L- ghada hareg bit-teorija li dan inkiteb bit-Taljan ghaliex l-Ultras iridu lit-Taljani [Gallovich u Paradiso] jibqaw ma' Birkirkara filwaqt li id-dirigenti ma' ridhuwomx. Din id- darba ghamel wahda ikbar u regghet kienet waqt loghba kontra l-Belt. Fil-25 ta' Frar li ghadda, il-grupp ta' Birkirkara Ultras ghalaq 10 snin min mindu twaqqaf. Ghamilna banner li jimmarka dan l-anniversarju ferm sabih ghalina. Dal-"Buzu" rega zelaq wahda sew fin- nixef, ghax mid dehra m'ghandux ideja x'inhuma Ultras. Fl-artiklu tieghu kiteb li dal banner ma jaghmilx sens ghaliex il-futbol f' Malta ilu jezisti ghal iktar min 90 sena. Ifimhom sew il-banners qabel tikkumenta!!! |
Ahna xorta niringrazjawh ghaliex niehdu gost li jaghti kaz ix- xoghol li ahna naghmlu u wara kollox jixirqilna tassew, ghax dak li naghmlu jirikjedi hafna hin, xoghol u flus. Pero', nispera li hu u l bqija tal- pajjiz jibdew tassew, japprezzaw il-fatt li ahna inhobbu l-futbol u li irridu li is-support waqt il-loghob jizdied u jkun brijjuz. |





