Id-dinja ta l-ULTRAS fit-TurkijaDanny Dyer, l-attur protagonist li ha sehem fil-film Real Football Factories , din id-darba ddecieda li jikseb il-verita ta gruppi ta Ultras u kif ukoll dawk Hooligans madwar id-dinja.
Dyer wara li jkun dar dawra fir-Renju Unit fejn intaqa ma hafna Firms ta klabbs differenti, jibda ukoll idur l-Ewropa. Fepisodju minnhom imur gewwa t-Turkija, li huwa wiehed mill-aktar pajjiz vjolenti u passjonali fejn jithol il-futbol. It-Torok ghandhom passjoni kbira immens ghall-klabs rispettivi taghhom. Gewwa Istanbul hemm il- Fenerbahçe u Galatasaray, minbarra Besiktas. Dawn huma zewg klabbs kbar u meta jilaghbu kontra xulxin huwa meqjus bhala wiehed mill-akbar derbys li jezistu. L-ewwel jiddecidi li jzur lil KFY, fil-qosor ghal Kill For You. Hu jidecidi li jmur il-loghba ta derby ma dan il-grupp fejn jilqawh bidejhom miftuhin. Dak inhar laghbu fil-grawnd taghom li jismu Sükrü Saracoglu. Il-loghba intrebhet minnhom u kien ukoll inqala xi glied u vandalizmu mill-grupp rivali ta Galatasaray.
Hawnhekk jiltaqa wkoll ma persuna imlaqqam Rambo li huwa maghruf hafna, specjalment meta qabez gol-grawnd ta Galatasaray waqt derby bsikkina fid u bandiera ta Fenerbahçe fl-ohra!
Danny imbad imur jiltaqa mal-grupp rivali, dawk ta Galatasaray, li huma maghrufin bhala UltrAslan kif ukoll mal-Kapo taghhom Alpaslan. Filwaqt li jitkelmu fuq il-mibeghda li hemm lejn ir-rivali taghhom, jigi il-kliem ukoll fuq iz-zewg supporters tal-Leeds li kien inqatlu qabel il-loghba tal- UEFA Cup semi final. Dyer filfatt kellu jevakwa il-post ghax hekk kif xi membri ta l-Ultras indunaw li huwa ingliz bdew jaghmlu ghalih. Fl-ahhar Danny jidecidi li jmur jara xi loghob ta divizjoni inferjuri. Imur ghal partita away ma Göztepe A.S, kif ukoll ma Karsiyaka S.K. li huma zewg klabbs rivali gol-belt ta Izmir.
|





