BU97: 12-il Sena Wara



Kien ezatament bhal-lum tnax il-sena meta grupp ta' supporters iddecidew li jinghaqdu lkoll flimkien biex ikunu grupp ta' support ghall-players ta' dak iz-zmien. Kien il-25 ta' Frar 1997 meta ghall-ewwel darba l-Ultras ddebbutaw u dan kien l-ewwel grupp t'Ultra' Malti. Dan kien success u baqghu izommu isimhom sal-lum il-gurnata.

Qabel il-grupp kien jikkonsisti f'ferm inqas membri u ma kellux daqs tant materjal bhal lum. Illum il-gurnata il-grupp jikkonsisti f'aktar membri u aktar hegga biex jaghtu s-support u l-hegga lil players taghna. Illum il-gurnata l-mentalita' kibret sewwa u hafna jammirawa u jippruvaw isegwu w allavolja dan mhux facli, aktar u aktar meta t-tim jkun ghaddej min zmien mhux daqshekk sabih.

Ahna nheggu lil aktar zaghzagh jinghaqdu maghna biex ilkoll maghqudin inkomplu naghtu s-support lil dan it-tim tant ghal qalbna, filwaqt li nisperaw li -mentalita' tkompli tikber u tintoghgob.

Illum hija gurnata ta' sodisfazzjon ghal ewwel membri li hargu b'din l-idea tant sabiha u ta' min jammiraha, il-lum ghandhom is-sodisfazzjon li dak li huma bdew 12-il sena ilu l-lum ghadu jezisti b'aktar qawwa.

Birkirkara Ultras © 2006 - 2010.