Kontra Attak



Ghal min ma jafx sar rekording tal-program Kontra Attak illum, is-Sibt. B’hekk ahna se nwiegbu kollox qabel dan jixandar fuq it-tv.


B.U97:
Ma morniex ghal program ghax postna fl-istands u mhux hemmek u dawk il mistoqsijiet memx ghalfejn tmur go studio biex tirrispondihom. Ahna ghandna s-sit elettroniku taghna www.birkirkaraultras.org fejn dak li jkun jista jsib informazzjoni fuq il-grupp taghna u dak li ghandu x’jaqsam maghna. Dak li jkun jista ukoll ihalli l-kummenti tieghu fil-guestbook ferm attiv taghna, fejn supporters ta’ timijiet differenti jaqsmu l-hsibijiet taghhom b’mod ikkulurit li jirrifletti l-kultura Maltija taghna, jew inkella jibatilna e-mail u ahna lesti nilqghu kemm kritika kostruttiva kif ukoll suggerimenti. Barra minn hekk, inheggu aktar zaghzagh karkarizi jinghaqdu maghna biex flimkien haga wahda naghtu s-support lil dan it-tim li tant inhobbu!!


Nota lil Sandro Micallef: Meta ahna idecidejna li ma nigux kienet ghazla taghna u ta’ hadd izjed. Ahna postna mhux go studio, hawnhekk wegibna il-mistoqsijiet li xtaqt jigu imwiegba pero ghaldaqstant ma’ messek qatt semmejtna u provajt ‘iddahhaq’ meta ahna ma koniex prezenti. Mela ha nirrisponduk, biex niccaraw kollox.
Rigward ta ‘Tovarske Picke’ / Donkey Pussies’, jekk int gurnalist kapaci, missek kont taf ghala inghad hekk lejhom. Hajduk Split ghandhom mascot partikolari fejn il-gruppi rivali taghhom jghajruhom billi jghidulhom hekk, specjalment il-BBB. Int ta bravu li int, minghalik se tohrog b’xi bravura imma ghal min ma jifhimx bhalek ma ntuhx tort. Fuq kollox fuq dik l-istorja gara x’gara zgur mhux se tkun tafha, anzi ibqa’ ittama li minghalik taf kollox. Pero darb’ohra ir-rivali ta’ dakinhar noqghodu ncapcpulhom u nohdulhom b’idejhom forsi tghidilna prosit!
Min jaf kemm hassejtek king meta bdew icapcpulek mal-kummenti li bdejt tghaddi? Hija hasra li l-gruppi l-ohra komplew mieghek ghax dawn affarijiet li ma jitwemnux. Wahda mill-affarijiet li jaghmlu l-gruppi hija li fejn tithol il-mentalita’ jaqbzu ghal xulxin ghalkemm xorta ma tonqosx ir-rivalita’.
Rigward tas-siggijiet vojta, postna fl-istudio missek ilek li warrabtu ghax ilek taf li ahna mhux se naccetaw l-istedina tieghek.
Xi nghidu ghall-Clips li semmejt li ahna nuzghuw li huma tal-Melita? Kif sibtha bi kbira din? U min hu dak li qallek li l-grupp taghna ghandu kontra il-kumpanija tal-Melita?
Mela halli nfehmuk sew, ghax suppost int ghamilt ricerka tajba fuq KONTRA IL-FUTBOL MODERN. Ahna kontra ix-xandir dirett tal-loghob ghandna, ghax nemnu li Ta’ Qali naqset l-attendenza drastikament fejn dan is-servizz kompla joqtol l-attendenza. Kieku ahna ghandna kontra il-kumpanija nistghu naqbdu inehhu it-tv, it-telefon u l-internet.
Sandro ahna m’ghandniex bzonn publicita’, ahna nhobbu il-club ghax dak hu l-uniku interess taghna. BIRKIRKARA BISS.


Dawn huma il-mistoqsijiet li saqsa....


Ghaliex kullhadd jassocja l-Ultras bhala xi haga negattiva fil-football Internazzjonali ?
Sfortunatament kienet il-media stess li hamget isem l-Ultras. Issa hija difficli mmens biex ir- reputazzjoni hazina li giet attribwita lilna (ghax kien hawn min ghogbu jiggeneralizza) nibdluha ghal wahda tajba.


Intkom ghaliex hrigtu bl-ideja li f'Malta jitwaqqaf grupp ta' l-Ultras ukoll ?
Il-Mentalita ta’ l-Ultras hija xi haga ta’ passjoni u zgur taghmel gid f’gih is-support lejn il-club qalbieni taghna. Ahna hassejna li hemm bzonn ta’ support ‘konkret’ lejn it-tim taghna, ghax inhossu li billi tmur tara l-loghob tat-tim tieghek mhux bizzejjed! Tinsiex ukoll li ahna l-ewwel ultra grupp f’Malta, min 1997.


Ghal kuntrarju ta' Ultras ta' timijiet taljani u inglizi intkom il-maltin ma ggorruxx skieken u murtali fil-but. Mela ghaliex il-pulizija dejjem tarakom bhala theddida fil-ground ?
Ma’ nahsibx li ahna theddida fil-ground, ahna li naghmlu hu li nsebhu il-ground bl-aktar mod possibli kif ukoll nqajmu il-brijju u nzommuh ghaddej tul il-loghba kollha, ikun kemm ikun l-iskor. Loghba futbol sejrin mhux ghall-gwerra. Nittamghu biss li l-puluzija ma’ jqisuniex xi kriminali. Ma nistghux ghall-fatt, per ezempju, li malli xi hadd jghid l-inqas kelma jew jaghmel xi mossa lejn is-supporters opposti, wara li dawn ikunu xebghu jaghmlu l-istess, jigu l-pulizija u jigbru lil dak li jkun. Dawn huma affarijiet normali li jigru fi grounds madwar id-dinja kollha. Ftakru li r-repressjoni igib reazzjoni! Jekk xi darba inqala’, jew jinqala’ xi inkwiet il-ground zgur li mhux premeditat, izda jkun rizultat ta’ kif jigu trattati l-ultras.


Kif inhi r-relazzjoni taghkom mal-Kumitat Centrali ?
M’ghandna l-ebda konessjoni mal-club. Ahna nahdmu biss ghall-kuluri u l-arma tat-tim taghna li jirraprezenta r-rahal li tant inhobbu.


X'inhuma l-problemi li taffacjaw meta tkunu il-ground ?
Peres li din il-Mentalita hija friska mhux kulhad jaf x’inhu l-iskop taghna ghallura ssib min jghidlek tipo "baxxi il-bandiera min hemm" jew "tghajtux ghax fqajtuli mohhi". Dawn affarijiet tad-dahq ghax il-ground qieghdin hemm biex naghtu l-aqwa support lill-players taghna u mhux biex noqghodu nieklu il-popcorn u nixorbu il-café. Ahna in-nies li nibqghu dejjem hemm u fix-xemx kif ukoll fil-maltemp, jigri x’jigri. Min jiddejjaq joqghod il-boghod minnha, ahna ma rridu ndejqu lil hadd.


L-MFA ittikhom hin bizzejjed biex tarmaw ?
Meta jkun imisna it-tieni loghba ma jkollniex wisq hin le.


Tezisti koperazzjoni bejn il-gruppi differenti ta' l-Ultras f'Malta ?
Le u ma narax il-htiega li tkun tezisti. Kull grupp ghandu l-valuri tieghu u jimxi skond id-direttivi li johorgu mill-kapo u shabu. Pero’ il-holma tal-grupp taghna, u nimmaginaw li anke tal-gruppi rivali, hija li tikber il-mentalita’ u jidziedu l-gruppi minn clubs differenti. J’alla xi darba l-maggoranza tat-timijiet ikollhom grupp bhal taghna isegwihom kull loghba u f’kull cirkostanza!!


Kemm hu difficli biex tohrog bi slogan ideali ghal-partiti hekk imsejha hot ! ?
Qas xejn m’hija difficili, li jkun hemm bzonn jinghad biex inigzu lir-rivali taghna. Anzi xi kultant ikollna wisq ideat u jkollna nhallu xi affarijiet barra!


Tista` tispjega lit-telespettaturi minfejn tiggeneraw il-flus biex taghmlu l-koreografiji neccessarji ?
Hafna mill- flus jigu billi naghmlu gabra bejn il-membri kollha fix-xahar. Hemm ukoll min jghina b’illi jtina donazzjonijiet biex inkomplu nisahhu. Nohorgu ukoll xi materjal, bhal flokkijiet, xalel, brieret, gadgets etc u dawn jinbieghu b’margni zghira ta’ profit li jintefaq f’materjal ghall-armar ta’ banners etc. Nassiguraw lil kulhadd li m’hemm l-ebda skop finanzjarju f’dak li naghmlu. Huwa vera li wiehed ghandu jaghti riklam ghall-football malti, u skond l-istatistika l-attendenzi ma’ naqsux minn meta bdew jixxandru xi partiti live tal-Kampjonat Malti. Pero’ ma ndumux wisq ma naraw nies jirragunaw ‘Mhux ahjar noqghod fil-kumdita’ ta’ dari milli mmur nonfoq 8 euro l-ground?’. Iva nemmnu li l-Football Malti jinghata coverage adegwat, u nghidu prosit lill-GFA li ttella programm tajjeb fejn sahansitra l-ahjar siltiet tal-partiti huma disponibbli fuq is-sit elettroniku. Hija daqshekk haga kbira ghall-MFA taghmel dil-bicca xoghol? Dak li jkun ikollu access facli ghal dak kollu li jkun qed jigri fix-xena lokali u jaf jibda jithajjar jersaq lejn il-ground. Nahsbu li dan it-tip ta’ coverage fih iktar vantaggi mil-Live Coverage
FORZA BIRKIRKARA - QALB WAHDA KARKARIZA

Birkirkara Ultras © 2006 - 2010.