Id-dinja ta’ l-ULTRAS – fl-Italja



L-Italja huwa zgur wiehed mill-aktar pajjizi fejn hemm nies akkaniti ghall-futbol. Ghal daqstant f’dan il-pajjiz mhix sorpriza li kull tim tal-futbol ghandu l-grupp ta’ l-Ultras tieghu, ibda mit-timijiet il-kbar tas-Serie A (fejn fil-curve ikun hem mil-gruppi l-principali u hafna gruppi ohrajn zghar) u spicca bit-timijiet sahansitra fid-divizjonijiet dilettantistici.

Dan il-fenomenu fl-Italja sploda fis-snin Sittin, fejn wara li l-pajjiz ghadda minn zminijiet iebsin fil-Hamsinijiet, iz-zaghzagh, barra li kienu jhobbu hafna lit-timijiet rispettivi taghhom, riedu forma ta’ zvog fejn nhar ta’ Hadd kienu jinsew li huma skjavi tax-xoghol u ta’ min ihaddimhom. Barra minn hekk, f’dan iz-zminijiet kienet diehla certu mentalita’ ta’ ribelljoni lejn l-istat, u l-fatt li z-zaghzagh kienu jiffurmaw parti minn grupp bl-istess ideal kien jatihom qawwa morali.

Kull grupp ihaddan il-valuri ta’ l-irgulija u r-rispett reciproku, u l-missjoni tieghu hija li jsegwi t-tim dejjem u kullimkien. Il-grupp ihossu ukoll marbut hafna mal-belt jew rahal li t-tim tieghu jirrapprezenta u ghal daqstant irid jaghmel minn kollox biex meta jigu gruppi rivali ma jithallewx iwaqqaw l-isem taghom ghac-cajt jew jaghmlu xi atti vandali. Jekk hemm xi haga ohra komuni bejn il-gruppi Ultras fl-Italja (u mhux biss) hija l-ghadu: Il-Puluzija. Dan ghalix din tirrapprezenta l-oppressjoni li l-istat jezercizza fuq dawn il-gruppi, u b’hekk inaqqsilhom il-liberta’ li jesprimu ruhom kif jafu huma.

F’dan l-episodju ta’ The Real Football Factories, Danny Dyer l-ewwel imur gewwa l-belt ta’ Turin, fejn jintaqa mal-grupp Ultras ta’ Juventus li jgib l-isem ta’ Drughi. Dan l-isem haduh minn film jismu ‘A Clockwork Orange’. Ghall-ewwel Dyer ma kienx komdu minhabba l-fatt li dan il-grupp huwa maghruh ghall-mibeghda kbira li ghandu lejn il-Hooligans Inglizi. Dan minhabba dak li kien gara fil-Heysel Stadium gol Belgju, fl-okkazjoni tal-finali tat-tazza tac-Champions bejn Juventus u Liverpool. Wara li hadu kunfidenza mieghu, huma spjegaw kif, imorru fejn imorru, jilaghbu kontra min jilaghbu, jatu support kontinwu lit-team kif ukoll jirribattu lir-rivali taghhom. Fl-Italja, sakemm m’intix supporter ta’ Juventus, ha tkun toboghdhom. Ghalhekk, specjalment barra minn dahrom, id-Drughi isibu ambjent ostili ferm. Madanakollu huma qatt ma joqoghdu lura, anzi ma jiddejqux jipprovokaw lil-grupp li jkunu qieghdin f’daru.


Fit-tieni parti, Dyer imur Bergamo, fejn jilghab it-tim ta’ Atalanta. Hawnhekk jintaqa ma’ wiehed mit-top boys ta’ L-Ultras Atalanta Curva Nord. L-aktar loghba tahraq ghalihom hija kontra r-rivali eterni, Brescia, izda lobiet ma’ Inter, Roma ukoll igibu tensjoni gholja maghhom. Ghalkemm Atalanta mhux wiehed mill-klabbs ewlenin, wiehed jsita jqis l-Ultras taghhom bhala uhud mill-ahjar li jezistu fil-pajjiz. Darba fost l-ohrajn, ghal partita kontra Inter f’Milan, ma thallewx jivvjaggaw bhala gurpp bit-tren jew kowc. Ghal daqstant krew hafna motorini u marru Milan bihom. Malli waslu pero’ gew attakkati minn grupp ta’ Ultras tal-Curva Nord Milano, fejn wiehed minn dawn il-muturi z-zghar iddahhal gol-curva u gie mwaddab ghal isfel fejn anke sahansitra kien ha n-nar.


Fl-ahhar Danny jasal ghall-iktar avventura tahraq f’dan l-episodju: id-Derby ta’ Ruma bejn Lazio u Roma. Huwa jispjega kif ir-rivalita’ bejn dawn iz-zewg klabbs testendi ruha ghal barra l ground, fejn ta spiss jinqalaw incidenti fit-toroq biswiet l-iStadio Olimpico. Dyer jaghmel gennata tista tghid. L-ewwel taqsima iqattaha fil-Curva Sud tar-Roma. L-Ultras tar-Roma ukoll ma tantx ghandhom demm ma’ l-Inglizi (kif fil-fatt nafu dwar l-incidenti li jinqalaw gewwa Ruma meta jilaghbu kontra tim Ingliz). Beda jhossu skomdu, izda wara ftit tfacca Marco Delvecchio, eks attakkant prolifiku ta’ Roma u membru onorarju tal grupp ewlieni, Il-BOYS ROMA. B’hekk l-attenzjoni tan-nies tal-madwar daret fuqu u fuq il-partita. Lazio fethu l-iskor u filwaqt li l-kumplamet tal-grawnd kien fis-seba’ sema (ghax Lazio kienu f’dahrhom dik id-darba), il-Curva Sud immutat. Pero’ ftit wara komplew ikantaw ghax hekk titlob il-mentalita’.


Kif spiccat l-ewwel taqsima, Dyaer johrog mill-grawnd biex imur gol-Curva Nord. Huwa u miexi kien hemm xi guvintur ikissru l-fliexken u jsibu dak kollhu li jista jkun utli f’kaz li z-zewg gruppi jintaqaw ghall-glied. Xeni li hawn Malta bilkemm noholmu bihom. Jirnexxielu jidhol faccata ta’ fejn kien. Hawnhekk il-moral kien m’ghola s-sema, u kif Lazio jiskurjaw it-tieni u t-tielet gowl, Danny jingarr minn mewga celesti. Il-grupp ewlieni hawnhekk huwa l-IRRIDUCIBILI LAZIO. Huma maghrufin hafna ghall-fatt li jassocjaw hafna ruhom ma’ l-ideologija ta’ Benito Mussolini, li kien il-kap tal-Faxxizmu. L-Ultras tal-Lazio ghandhom diversi gemellaggi, fosthom ma’ l-Ultras ta’ l-Inter. Mill-banda l-ohra l-Ultras tar-Roma m’huma gemellati ma’ hadd! Dawn qabel kellhom twemmin politiku xellugi komunista, pero’ recentament bdew ixaqilbu lejn it-twemmin lemini Faxxista.

Il-partita tispicca 3-0 ghal Lazio, u Dyer jiddeskriviha bhala xi haga li qatt ma kien ghex sa dak in-nhar. Fuq rimarka personali jien nista nikkonferma dan, ghax l-ewwel partita li qatt mort nara barra minn Malta f’hajti keinet Roma-Lazio 3-2 f’Ottubru 2007. L-atmosfera li joholqu iz-zewg curve hija xi haga li trid tkun perzenti biex tkun taf x’jigifieri.

L-Ultras Taljani isostnu li l-vjolenza jippruvaw jevitawha, pero’ jekk jigu provokati m’humiex lesti li ma juzawhiex. Ahna nemmnu li hawn Malta m’hawnx lok ghall-vjolenza jew politika, u li l-pika ghandha tibqa wahda verbali, kalcistika u tibqa gol-ground. Nittamaw biss li l-awtoritajiet ma jkomplux jaghmlu minn kollox biex joqtlu kull tip ta’ atmosfera li l-ftit Ultras hawn Malta jippruvaw joholqu.

Part 1:
Part 2:
Part 3:
Part 4:
Part 5:

Birkirkara Ultras © 2006 - 2010.